top of page

RELIĠJUŻI FIL-PARROĊĊA

Il-Patrijiet Karmelitani Skalzi, jew kif inhuma magħrufa l-iktar, il-Patrijiet Tereżjani, fetħu t-tieni kunvent tagħhom, fl-1896, biswit il-Knisja ddedikata lil San Alfons Maria de Liguori fil-wied ta’ Birkirkara.

Il-Patrijiet ġew milqugħa tajjeb min-nies ta’ l-inħawi u kienu mfittxija ħafna l-iktar għall-qrar u għad-direzzjoni spiritwali. Tant hu hekk li l-Knisja kellha tiġi mkabbra darbtejn fl-1904 u fl-1909.

Fl-1965 bdiet tinbena l-Knisja l-ġdida ddedikata lil Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. Il-knisja għandha forma ta’ rotunda u hi mibnija kollha mill-konkos. Id-disinn tagħha għamlu Giorgio Pacini minn Ruma u l-bini tagħha tlesta għal kollox fl-1982.

Il-Knisja hija wiesgħa 40 metru u għolja 30 metru; fiha kappella ddedikata lil Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u oħra lill-Madonna tal-Karmnu. Is-Santwarju minn ġewwa huwa mdawwar ukoll b’matroneum (kelma li kienet tfisser il-post fejn joqogħdu n-nisa; illum din il-kelma tintuża għal xi parti mill-knisja li hija maqtugħa mill-arja ewlenija. Il-kampnar maġenb il-Knisja huwa għoli 40 metru.

Il-Knisja l-qadima ta’ San Alfons Marija de Liguori, illum ġet mibdula f’sala tal-konferenzi.

Il-Komunità tal-patrijiet li jmexxu dan is-Santwarju għadhom sal-lum imfittxija ħafna għall-Qrar. Barra minn hekk, minn dan is-Santwarju tinxtered ħafna d-devozzjoni kemm lejn Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u kemm lejn il-Madonna tal-Karmnu.

Ħinijiet tal-Quddies

 

Ħdud u Festi: 7.00am; 8.30am; 10.00am; 11.30am; 6.30pm.

Sibtijiet: 6.30am; 7.30am; 8.30am; 6.00pm.

​Matul il-ġimgħa: 6.30am,; 7.30 am; 8.30 am; 6.00pm.

INDIRIZZ

+35621483245

 

71, Triq Bwieraq
Birkirkara, BKR 1212

 

parrocca.birkirkara.sg@maltadiocese.org

ĦINIJIET
TAL-QUDDIES

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6:30am; 7:45am; 5pm (minn Ottubru sa Mejju) ;

7pm (minn Ġunju sa Settembru)
 

Is-Sibt: 6:30am; 7:45am; 5:00pm;

6:30pm (7pm minn Ġunju sa Settembru)
 

Il-Ħadd: 6:30am; 9:00am; 11:00am;

6:30pm (7pm minn Ġunju sa Settembru)

© Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem 2024

bottom of page