PARROĊĊA SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM - BIRKIRKARA
M.U.S.E.U.M. - SUBIEN
Din hija soċjetà li toffri tagħlim għal kulħadd. L-iskop tas-Soċjetà tagħna huwa li teduka t-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fil-fidi u tħejjihom biex jagħrfu min huwa Ġesù ħalli eventwalment jibdew jgħixu bħalu, u b’hekk isiru bnedmin għall-qalb ta’ Alla. Hija tgħinhom ukoll biex jilqgħu l-isfidi li toffri d-dinja tallum, jagħrfu jgħixu l-Magħmudija u fuq kollox jiddixxernu dak li jrid minnhom Alla. Waqt li tedukahom f’dan kollu tħejjihom ukoll biex jirċievu s-Sagramenti. L-edukazzjoni fil-fidi fil-Museum tkompli għall-adoloxxenti anke wara li huma jirċievu l-Grizma tal-Isqof.
It-tfal tal-parroċċa jistgħu jibdew jattendu l-MUSEUM tagħna minn meta jkunu Yr 1 tal-iskola.
Sar-Raba’ Sena Kateketika, li taqbel ma’ Yr 5 fl-iskola, it-tfal ikollhom MUSEUM kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa, bejn il-5.30pm u s-6.15pm.
Dawk li qegħdin mill-Ħames Sena Kateketika ’il fuq inlaqqgħuhom kuljum minbarra l-Erbgħa, inkluż is-Sibt. Il-lezzjoni tagħhom tibda fis-7.00 p.m. Il-Ħadd imbagħad niltaqgħu lkoll għall-quddiesa tad-9.00 a.m. u wara jkollna laqgħa fil-MUSEUM. Fit-3.30pm. ikollna ħarġa.
Il-MUSEUM tas-Subien huwa fi Triq Brared. In-numru tat-telefown huwa 21 445 218.
Il-MUSEUM tagħna joffri laqgħat għall-adulti rġiel u nisa. Dawn isiru l-Ħadd fis-7.00pm, fil-kappella tal-MUSEUM bejn Ottubru u April. Kull laqgħa tieħu madwar 30 minuta.