PARROĊĊA SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM - BIRKIRKARA
KUMMISSJONI ĦIDMA SOĊJALI
Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali twaqqfet fis-sena 2008, bil-għan li tgħin lill-Parroċċa biex toganizza attivitajiet soċjali għall-parruċċani u l-ħbieb.
Din il-Kummissjoni torganizza diversi attivitajiet matul is-sena kollha, ewlenin fosthom l-attivitajiet li jittellgħu fi żmien il-Karnival, fil-festa titulari, fis-sajf u fil-Milied.L-attivitajiet, li jinkludu fost l-oħrajn ikliet, festini, BBQs u ħarġiet, ikunu immirati għall-familja kollha.
Taħt din il-Kummissjoni jaqa’ wkoll il-Grupp tan-Nisa tal-Parroċċa, liema grupp jieħu ħsieb jipprepara u jbiegħ ħelu skond l-istaġun, kif ukoll jorganizza lotteriji varji matul is-sena, kif ukoll is-Sotto-Kummissjoni Lejla Maltija, li tieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-Lejla Maltija fi żmien il-festa.
Barra minn hekk, membri mill-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali jifformaw parti mill-Kummissjoni Attivitajiet, imwaqqfa mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, flimkien ma’ għaqdiet oħra Karkariżi.B’hekk il-Parroċċa għandha wkoll leħen f’dak li għandu x’ jaqsam mal-organizzazzjoni ta’ attivitajiet għall-għaqdiet mill-Kunsill Lokali.
Il-fondi miġbura mill-organizzazzjoni ta’ kull attivita, imorru direttament b’risq il-ħidma tal-Parroċċa.Għaldaqstant, minbarra l-kontribuzzjoni mill-lat soċjali, din il-Kummissjoni tgħin ukoll mill-lat finanzjarju, sabiex il-Parroċċa tkun tista’ ssib il-fondi neċessarji biex tibqa’ għaddejja bil-ħidma tagħha.
Membri fil-Kummissjoni:
Ir-Rev. Kappillan Dun Charlon Muscat
Is-Sinjura Doris Borg
Is-Sur Maurizio Gauci
Is-Sur Clayton J. Mifsud
Is-Sur Joe Valletta
Email: attivitajiet.sgh@gmail.com