PARROĊĊA SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM - BIRKIRKARA
KUMMISSJONI FORMAZZJONI NISRANIJA
Li tkun taf lil xi ħadd huwa ferm differenti milli tkun taf jew smajt fuq xi ħadd. Ix-xewqa tal-Parroċċa hija li l-membri kollha tagħha jkollhom l-opportunità li jsiru jafu dejjem iktar lil Ġesù, lill-Knisja ... L-għan tal-Kummissjoni Formazzjoni Nisranija (il-KFN) huwa li tiskopri dawn l-opportunitajiet skont is-sinjali taż-żminijiet, tgħin lill-Parroċċa tilħaq lill-membri kollha tagħha u toffri formazzjoni nisranija kemm lil dawk qrib tagħha kif ukoll lil dawk li birdu mill-Fidi tagħhom jew saħansitra warrbu lil Kristu mill-ħajja tagħhom.
Fil-bidu tal-Avvent u tar-Randan il-KFN torganizza laqgħat ta’ riflessjoni fuq temi diversi li jgħinuna nidħlu fina nfusna u niġġeddu fil-Fidi tagħna. Minn żmien għal żmien jiġu wkoll organizzati sessjonijiet bit-titlu ta’ ‘Ejja u Staqsi’ u li fihom jiġu ttrattati suġġetti attwali.
Il-KFN ħadmet biex inħolqu l-website attwali kif ukoll il-Facebook page tal-Parroċċa u tara li din il-paġna tinżamm ħajja u attwali biex tilħaq lis-segwaċi tagħha u twassal il-messaġġ tagħha permezz tal-media soċjali.
Il-KFN issegwi wkoll l-inizzjattivi ta’ formazzjoni nisranija tad-diversi gruppi u kummissjonijiet fi ħdan il-Parroċċa u ssostnihom skont il-ħtieġa.
Il-KFN ħadmet fuq il-ktejjeb ‘Jiena Nemmen’ fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi u sensiela ta’ taħditiet mill-Predikazzjoni Dumnikana matul il-Sena Ġublew tal-Ħniena.
Membri tal-Kummissjoni:
Il-Kappillan Fr Charlon Muscat
Fr Joe Borg
Mario Falzon (Chairperson)
Patricia Zammit Mangion (Segretarja)- pzm18@yahoo.co.uk
David Pace Ross
Rita Gatt
Noel Ciantar
Joan Ebejer