PARROĊĊA SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM - BIRKIRKARA
KUMMISSJONI FESTI ESTERNI
Il-Kummisjoni Festi Esterni tieħu ħsieb l-erba’ festi tal-parroċċa li huma: festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Corpus Christi, festa tal-Madonna tar-Ruzarju u l-festa tal-Madonna tad-Duluri. Dan ix-xogħol jinkludi l-preparamenti tat-tiżjin tal-knisja u kif ukoll fuq barra fit- toroq minn fejn tkun se tgħaddi l-purċissjoni. Barra minn hekk tieħu ħsieb l-armar fi żmien il-Milied u l-armar fi żmien ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa kif ukoll ta’ funzjonijiet jew ċelebrazzjonijiet liturġiċi.
Taħtha jaqaw żewġ gruppi: il-grupp armar li jagħmel xogholijiet li jkun hemm bżonn biex jitħejjew il-festi u l funzjonijiet liturġiċi; u l-għaqda tal-wirjiet li ttella’ żewġ wirjiet fis-sena- waħda fi żmien l-Ġimgħa Mqaddsa u oħra fi Żmien il-Milied u ġieli tellgħet xi wirja f’ okkażjonijiet speċjali bħal meta l-parroċċa għalqet 40 sena.
Il-Kummissjoni Festi Esterni taħdem ħafna fil-qrib mal-Kummissjoni Liturġija.
Membri fil-Kummissjoni:
Il-Kappillan Fr Charlon Muscat
Paul Mifsud
Maurizio Gauci - demauro@maltanet.net - 9982 5858