PARROĊĊA SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM - BIRKIRKARA
KUMMISSJONI FAMILJA
Il-Kummissjoni Parrokkjali Familja (KPF) twaqqfet fl-2005. L-għan prinċipali tal-Kummissjoni hu li twettaq ħidma fost il-familji fil-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem. Il-membri tal-KPF huma ħames koppji u saċerdot, li hu d-direttur spiritwali tal-Kummissjoni. Mill-bidu tat-twaqqif tal-KPF, saret enfasi li l-membri tagħha jeħtieġ jirċievu formazzjoni spiritwali. Din hi waħda mill-ħidmiet tas-saċerdot fil-Kummissjoni.
Minbarra l-laqgħat regolari ta' darba f'xahar, il-KPF twettaq diversi ħidmiet:
-
Żjarat lill-familji li jkunu se jippreżentaw tarbija għall-magħmudija - hawn, is-saċerdot flimkien ma' koppja mill-Kummissjoni, jispjegaw ir-rit tal-magħmudija lill-ġenituri u parrini, kif ukoll iħeġġu sabiex it-tarbija titrabba f'ambjent u b'valuri nsara;
-
Seminars għall-ġenituri flimkien mat-tfal tagħhom li se jersqu għall-Ewwel Tqarbina u għall-Griżma tal-Isqof - isiru żewġ seminars kull sena għal kull kategorija;
-
Laqgħat ta’ formazzjoni għall-koppji;
-
Eżerċizzi għall-koppji fi żmien ir-Randan;
-
Quddies bit-tema tal-familja fi żmien il-festa - jiġu ċċelebrati anniversarji speċjali taż-żwieġ ta' koppji fil-parroċċa.
Il-KPF qiegħda tippjana ħidmiet oħra għall-futur biex ittejjeb is-servizzi lejn il-familji fil-Parroċċa.
Membri fil-Kummissjoni:
Fr. Joe Borg
Maria u Martin Conrad
Graziella u Tony Gatt
Maria u Godwin Attard
George u Therese Pulo