top of page
340989394_966038271060072_2332483320493385780_n.jpg

GĦAQDA WIRJIET SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM

L-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem twaqqfet fis-sena 1999 bil-għan li tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ wirjiet f’isem il-Parroċċa.

 

Din l-għaqda torganizza żewġ wirjiet prinċipali fiċ-Ċentru Parrokkjali fuq bażi annwali: wirja fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa u oħra fi żmien il-Milied.Dawn iż-żewġ wirjiet kibru mmens f’dawn l-aħħar snin u ta’ kull sena saru jattiraw numru kbir ta’ nies.Għaldaqstant, ħafna mill-enerġija tal-membri tkun iddedikata lejn dawn iż-żewġ wirjiet.

 

Barra minn hekk, l-Għaqda Wirjiet tieħu ħsieb ukoll ittella’ wirjiet oħra f’okkażjonijiet speċjali għall-Parroċċa. Fost dawn tellgħet wirja ta’ statwi titulari fis-sena 2008 u oħra fuq skala nazzjonali dwar San Ġużepp, fl-okkażjoni tal-35 u 40 Anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa rispettivament. L-Għaqda Wirjiet ġieli torganizza wkoll wirjiet oħra b’temi differenti, waqt attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

 

Minbarra l-wirjiet, il-membri ta’ din l-għaqda jagħtu sehemhom b’mod kostanti fl-attivitajiet tal-Parroċċa, b’mod speċjali fl-armar u manutenzjoni taċ-Ċentru Parrokkjali.Matul is-sena l-membri jiltaqgħu ta’ kuljum fiċ-Ċentru Parrokkjali biex jippreparaw armar ġdid għall-wirjiet li jkunu ġejjin, kif ukoll biex jiġi restawrat armar eżistenti.Sa mill-jiem bikrin ta’ kull sena, grupp ta’ membri jibdew iħejju wkoll ix-xogħol bis-smid, ross u għaġin għall-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li tkun ġejja.

 

Lista ta’ Membri

 

Is-Sur Vincent Mifsud (Chairman)

Is-Sur Clayton J. Mifsud (Segretarju)

Is-Sur Kenneth Cassar

Is-Sur Brandon Calleja

Is-Sur Paul Ellul

Is-Sur Kevin Pace

Is-Sur Mannes Pace

Is-Sur Michael Taliana

Is-Sur Roderick Taliana

Is-Sur Joe Valletta

Is-Sur Jesmond Parnis

Is-Sur Kevin Xuereb

Is-Sur Ivan Zammit

 

Contact Person: Is-Sur Vincent Mifsud jew is-Sur Clayton J. Mifsud

Email: wirjasgh@yahoo.com

bottom of page