top of page

GĦAQDA TAL-ARMAR SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM

L-Għaqda tal-Armar tieħu ħsieb l-armar kollu li jkun hemm bżonn isir fil-Parroċċa minn żmien għal żmien, kemm dak ta’ barra kif ukoll dak fil-Knisja Parrokkjali.Din l-għaqda ssuċċediet il-Kumitat tal-Festa, li twaqqaf fis-sena 1971.

 

L-ikbar impenn tal-Għaqda tal-Armar huwa, bla dubju ta’ xejn, il-festa titulari ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li tiġi ċċelebrata nhar l-1 ta’ Mejju.Sa minn wara l-festa, isiru laqgħat ta’ evalwazzjoni tal-festa li tkun għadha kif għaddiet, kif ukoll biex jitħejja pjan għall-festa ta’ wara.

 

Matul is-sena, il-membri tal-għaqda jiltaqgħu frekwentament fil-Maħżen tal-Armar, biswit il-Knisja, biex iwettqu l-ħidma skond il-pjan li jkun ġie diskuss.L-għan aħħari jkun dejjem li jitħejja ambjent festiv fil-Parroċċa u biex il-festa tal-patrun tal-Parroċċa tagħna tkun iċċelebrata kif jixraq.

 

Minbarra l-festa titulari, din l-għaqda tieħu ħsieb ukoll l-armar relatat mal-festi tal-Madonna tar-Rużarju f’Ottubru, tad-Duluri u , fost l-oħrajn.

 

Lista ta’ Membri

 

Ir-Rev. Kappillan Dun Charlon Muscat

Is-Sur Matthew Attard

Is-Sur Charles Casha

Is-Sur Kenneth Cassar

Is-Sur Victor Deguara

Is-Sur Maurizio Gauci

Is-Sur Clayton J. Mifsud

Is-Sur Paul Mifsud

Is-Sur Vincent Mifsud

Is-Sur Kevin Pace

Is-Sur Mannes Pace

Is-Sur Michael Taliana

Is-Sur Roderick Taliana

Is-Sur Jesmond Parnis

Is-Sur Joe Valletta

Is-Sur Silvio Valletta 

Is-Sur Raymond Vella

Is-Sur Kevin Xuereb

Is-Sur Ivan Zammit

 

Contact Persons: Is-Sur Maurizio Gauci jew is-Sur Clayton J. Mifsud

Email: festa.sgh@gmail.com

INDIRIZZ

+35621483245

 

71, Triq Bwieraq
Birkirkara, BKR 1212

 

parrocca.birkirkara.sg@maltadiocese.org

ĦINIJIET
TAL-QUDDIES

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6:30am; 7:45am; 5pm (minn Ottubru sa Mejju) ;

7pm (minn Ġunju sa Settembru)
 

Is-Sibt: 6:30am; 7:45am; 5:00pm;

6:30pm (7pm minn Ġunju sa Settembru)
 

Il-Ħadd: 6:30am; 9:00am; 11:00am;

6:30pm (7pm minn Ġunju sa Settembru)

© Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem 2024

bottom of page