sghbkr

l-ħaddiem irid mhux biss ikollu s-sengħa u l-ħila, iżda jrid juża materjal mill-aqwa u l-għodda t-tajba biex jaħdem... għodda ta' żmienna b`entużjażmu!

Tlugħ tal-Mulej fis-Sema – Lapsi

Niċċelebraw is-Solennità tat-Tlugħ tal-Mulej fis-Sema, magħrufa bħala Lapsi. Fil-Quddiesa tad-9.00am niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina tat-tfal. It-tfal mal-familji tagħhom għandhom jinġabru fuq iz-zuntier in-naħa ta’ Triq il-Bwieraq fit-8.00am fejn ikunu jistgħu jieħdu ritratti u fit-8.30am jibdew deħlin il-Knisja....

Jum l-Omm

Se ssir il-ħarġa tax-xahar, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm. Se nibdew b’quddiesa fil-Knisja ta’ San Ġakbu, fix-Xgħajra, u wara nibqgħu sejrin għall-ikel M’Scala. It-tluq ikun fit-8.30am minn Triq Gori Mancini. Biljetti mingħand il-helpers. Awguri u talb mill-qalb lil ommijiet kollha! Nitolbu wkoll għall-ommijiet li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem: Agħtihom O Mulej...

Run4Unity

Stedina għall-adolexxenti kollha biex jieħdu sehem f’Run4Unity, attività organizzata mill-Fokolari, il-MUSEUM u z-ZAK, li tinkludi mixja mill-Palazz tal-President f’San Anton sat-Teatru Grieg f’Ta’ Qali. Aktar dettalji min-notice board jew fuq is-sit Run4Unity.net...

San Ġorġ Preca

9 ta’ Mejju: il-Knisja f’Malta tfakkar lil San Ġorġ Preca, l-ewwel qaddis Malti. Għalhekk, il-Quddiesa tas-6.30pm se tkun animata mill-membri tal-MUSEUM, il-fundatur tagħhom...

Festa tal-Madonna ta’ Pompei

Jaħbat it-8 ta’ Mejju, festa tal-Madonna ta’ Pompei. Għal min jixtieq, fil-għaxija se jkun hawn trasport biex nieħdu sehem fil-pellegrinaġġ Marjan li jsir f’Marsaxlokk. Tluq ikun fis-6.15pm minn Triq Gori Mancini....

Jum il-Festa

Il-ħin tal-quddies kollu jkun bħal nhar ta’ Ħadd. Fis-6.30pm issir il-quddiesa solenni tal-festa, immexxija mill-W.R. Prepostu, Dun Anton Cassar. Waqt il-quddiesa nitolbu wkoll is-salmi tat-Tieni Għasar. Fit-7.45pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, li se tkun immexxija minn Dun Raymond Cassar, u akkumpanjata mill-Banda De Rohan ta’ Ħaż-Żebbuġ. Fl-10.00pm...

Lejliet il-Festa

Fis-6.30pm issir it-translazzjoni bir-relikwa ta’ San Ġużepp li tinġieb fil-Knisja, u quddiesa ta’ lejliet il-festa mmexxija minn Patri Joe Saliba, Kappillan ta’ Fleur de Lys. Waqt il-quddiesa nitolbu wkoll is-salmi tal-Ewwel Għasar tal-Festa. Stedina partikulari għall-membri tal-Għaqdiet kollha fi ħdan il-Parroċċa. Fis-7.30pm: jibda marċ mill-Iscouts ta’ B’Kara, mat-toroq tal-Parroċċa. Mit-8.00pm...